Knejjes u Kappelli
Is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzji
Fit-23 ta’ Diċembru 1615, ir-raħħala għamlu talba lill-Isqof Cagliares biex iwaqqaf Ħaż-Żabbar bħala parroċċa. It-talba ntlaqgħet, u fl-10 ta’ Jannar 1615, Dun Angelo Pontremoli ħa l-pussess bħala l-ewwel Kappillan ta’ Ħaż-Żabbar.
Dak iż-żmien, il-viċi-parroċċa tar-raħal kienet dik ta’ San Ġakbu, knisja kbira frekwentata sew min-nies tal-post; imma l-għażla ta’ parroċċa waqgħet fuq il-kappella ċkejkna ddedikata lill-Madonna tal-Grazzji. Dan kien minħabba d-devozzjoni intensa li dan is-santwarju kien diġà ġibed lejh sa mill-jiem stess tat-twaqqif tiegħu bħala kappella umli żgħira ħafna ddedikata lill-Omm tal-Grazzji.

Maż-żmien il-kappella bdiet it-trasformazzjoni tagħha. Ir-rikostruzzjoni proprja bdiet fl-1 ta’ Mejju 1641, fuq pjanta tal-perit Malti magħruf Tumas Dingli, bil-kappillan ta’ dak iż-żmien Dun Frangisk Piscopo beda jwettaq b’mod attiv ix-xogħol. Kien lest madwar l-1696. Aktar ma jgħaddi ż-żmien, ir-raħħala talbu li l-faċċata tal-knisja, flimkien ma’ karatteristiċi strutturali oħra, tiġi mibdula. Fl-istampa daħal l-Arċipriet Ġanni Bonavia. Bonavia, li kien joqgħod Ħaż-Żabbar, iddisinja l-pjanta meħtieġa u fl-1738 beda x-xogħol fuq faċċata ġdida u t-twaqqif ta’ żewġ kampnari. Meta x-xogħol kien lest, fl-1742, il-knisja għaddiet minn bidliet strutturali oħra – il-parti ta’ ġewwa tal-faċċata, il-kaxxa-forti u l-bankina tal-irħam.
Fl-1911 il-knisja kompliet tkabbar biż-żieda ta’ sitt navi, tlieta fuq kull naħa. Ftit tal-ħin wara, fil-kampnar tan-naħa tal-lemin ġie installat arloġġ li jista’ jdoqq l-Ave Maria. Fit-2 ta’ Settembru, il-koppla meraviljuża preżenti, li turi t-Tmien Beatitudnijiet, ħadet post dik iżgħar, li minħabba rogħda tad-dinja u t-taħbit bla waqfien matul l-attakki tal-passat fuqha mit-truppi Franċiżi, kienet ġarrbet ħsarat kbar, saret perikoluża u twaqqgħet. Din il-koppla nbniet fuq pjanta tal-Perit Gius. Pace u l-kostruzzjoni sorveljata minn Dun Franġisk Sciberras.

Din il-knisja hija mibnija fil-forma ta’ salib Latin u hija pjuttost kbira. Tikkonsisti f’kor, żewġ kappelli kbar tal-ġenb, korsija u żewġ sagristiji. Hija twila 47 metru u wiesgħa 32.4 metri, filwaqt li l-korsija hija twila 8 metri. Hija mibnija fuq il-pjanta ta’ Korintu. Waqt maltempata qalila fl-1902, bolt tad-dawl laqat wieħed mill-kampnar u waqqa’ parti minnha. Fost il-qniepen li wieħed isib fil-kampnar, hemm il-kbir li sar fl-1891 mill-fundatur Ġulju Cauchi, li sewa €380. Minbarra din il-qanpiena, Cauchi għamel tnejn oħra.
L-interjuri mill-isbaħ tal-knisja huma vera festa għall-għajnejn: irħam, deheb, linef tal-kristall ileqqu u pitturi sbieħ ta’ għadd ta’ pitturi famużi u validi ħafna, bħal Francesco Zahra, Gius. Caruana, Nicola Buhagiar, il-pittura titulari, il-kapolavur ta’ Alessio Erardi, Gio. Via Sagra unika ta’ Battista Conti, l-orgni mill-isbaħ u l-istatwa stupenda tal-Madonna tal-Grazzji ta’ Mariano Gerada.

Is-Santwarju preżenti f’Ħaż-Żabbar mexa ħafna minn dawk il-jiem imbiegħda meta kien biss kappella żgħira mdawra b’meded kbar ta’ art li tinħarat. L-affarijiet inbidlu; hekk ukoll dik il-kappella umli. Illum tidher b’mod imponenti fuq Triq is-Santwarju, mibdula għal kollox, iżżomm għajnejha eterna fuq raħal li għadu b’saħħtu fil-kultura Nisranija tiegħu; post li n-nies ta’ Ħaż-Żabbar jgħożżu b’għira u mħabba bla dubju, għall-akbar glorja ta’ Alla u l-Omm Qaddisa tal-Grazzji.
Il-Knisja tas-Salib Imqaddes
Fl-aħħar snin, il-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar kibret b’mod kostanti u issa qed toqrob il-15,000 abitant. Kien għalhekk imperattiv li jitwaqqfu diversi żoni parrokkjali għall-bżonnijiet pastorali u spiritwali tal-parruċċani.
Żewġ kappelli żgħar umli maġenb xulxin, mibnija fis-seklu 15, kienu ddedikati lil Santa Dominika u Sant’ Andrija. Qdew il-bżonnijiet spiritwali ta’ dawk ir-raħħala li kienu jgħixu iżolati fiż-żona, dak iż-żmien magħrufa bħala Rindieghi, u ‘l bogħod mill-kappella tal-Madonna tal-Grazzji. Eventwalment, dawn il-kappelli sabu ruħhom imdawrin b’numru dejjem jiżdied ta’ djar mibnija fit-triq li tagħti għall-Kalkara.

Iżda xorta waħda, il-popolazzjoni kibret. Dawn il-kappelli, għal ħafna snin taħt il-kura spiritwali ta’ Dun Ġwann Tabone, laqgħu tajjeb kemm setgħu għall-bżonnijiet pastorjali tal-viċinat. Fuq biċċa art kbira, li kienet parti minn benefiċċju antik ta’ Santa Dominika, inbniet knisja ġdida fuq pjanta tal-Perit Vincent Buhagiar, kisba mwettqa f’għaxar snin, li saret possibbli biss minħabba l-impenn ta’ numru ta’ bennejja voluntieri u voluntieri oħra, kif ukoll minn donazzjonijiet lill-parroċċa.
Fl-20 ta’ Mejju 1989, l-Arċisqof Mercieca poġġa u bierek l-ewwel ġebla u ddedika l-knisja lis-Salib Imqaddes. Ġiet ikkonsagrata mill-istess Mons. Mercieca fit-22 ta’ Mejju 1999, taħt il-kurċifiss maestuż tal-iskultur Anton Agius.
Il-knisja takkomoda madwar 700; hija moderna, imdawwla tajjeb, abbundanti/wiesa’(ample) u f'pożizzjoni ċentrali ħafna, b'faċċata imponenti għalkemm sempliċi.

Illum qed taqdi l-iskop pastorali sħiħ lil ħafna gruppi reliġjużi u lajċi lokali, iżda partikolarment lill-popolazzjoni dejjem aktar densa madwar iż-żona tagħha, prinċipalment magħmula minn familji ffurmati ġodda.
Il-Knisja tas-Salib Imqaddes hija l-aħħar waħda mis-sensiela ta’ knejjes u kappelli żgħar li nbnew ma’ Ħaż-Żabbar kollu matul is-snin. Huwa mibni speċifikament biex iservi għall-bżonn tan-Nisrani modern, iżda bl-istess għan warajh: il-glorifikazzjoni ta’ Alla l-Missier u l-promulgazzjoni tat-tagħlim ta’ Kristu.

Kappella Santa Marija tal-Indirizz
Ċentru Nazaret, Misraħ il-Qalbiena Maltin